Monday, November 14, 2005

dulur

x'dulur
inhoss go qalbi, go mohhi
fl-esseru konxju kollu tieghi
hallejt 'l-imhabbti warajja -
wahedha - libera

dan li nhoss infatti
huwa d-dulur sabih tal-hajja
tal-hajja kif ghandha tkun
kif inhi mahluqha:
indipendenti

izda l-hajja,
li m'hi la hanina w lanqas kiefra,
'ttik ezami fuq l-iehor
hi pellegrinagg twil twil
li ma nafx fejn ha jehodni

dil-hajja tant ghaziza
it-tbissima ta tfajla
id-dahka taz-zghozija
il-bikja tal-mahbubin separati
bil-fruntieri ezistenzjali

difficli wiehed jaccetta
li din il-hajja taghna
hija libera, indipendenti
u f'hekk biss tkun sabiha
u hekk biss tkun kompluta

No comments: